L-Ispettur Joseph Xerri qal li miljuni kbar ta’ ewro li ntefqu fuq xogħol li sar fuq diversi proġetti ta’ kostruzzjoni fosthom ma’ dawk li għandhom x’jaqsamu ma stalel u biedja meta saru diversi alterazzjonijiet fiskali. Dan wassal għall-frodi fejn iċ-ċifri ma jirrispekkjawx l-ammonti minfuqa. L-allegat frodi kienu jinvolvu wkoll lill-kumpaniji NCCF, MAM Construction LTD u MWF Construction Ltd.
L-Ispettur Xerri kien qed jixhed quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana meta bdiet il-kumpilazzjoni kontra l-kuntrattur Martin Farrugia ta’ 45 sena mir-Rabat u Henriette Cassar ta’ 49 sena minn Ħaż-Żebbuġ. Huma jinsabu mixlijin fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus u frodi bejn l-2012 u l-2019 fuq skema li kienet tlaħħaq is-€62 miljun.
Waqt is-seduta ħareġ ukoll li l-investigazzjoni żvelat li Farrugia huwa sid ta’ kollezzjoni ta’ diversi annimali li jinkludu qtates kbar li l-biċċa l-kbira taż-żoos li isibhom biss fiż-zoos, b’seba’ iljuni, tmien pumas, żewġ leopardi, 14-il żiemel u numru ta’ zebras miżmuma fi tnejn mill-propjetajiet rurali tiegħu fis-Siġġiewi u r-Rabat.
Peress li ma setax ilaħħaq mal-ispiża ta’ kull ġimgħa biex jitma’ lill-qtates il-kbar, madwar €1,000 fil-ġimgħa, Farrugia spiċċa jitmagħhom it-tjur. F’perjodu minnhom, qal l-Ispettur, Farrugia kien ukoll innegozja u partat żebra u xi alpaki ma’ ċertu Anton Charles Cutajar.
Fi proprjetajiet tal-akkużat nstabu wkoll numru ta’ karozzi lussużi. Dawn kienu jinkludu Ferrari, żewġ Lamborghini, tnejn Porsche, Maserati, tliet Mercedes u żewġ Land Rovers. Xerri li daħal fid-dettal ħafna fuq dak allegat iffrodat minn naħa ta’ Farrugia qal li kienu mitkellma mal-44 klijent li kienu ngħaw servizzi mill-akkużat u li dan f’ħafna każijiet il-fattura li kien joħroġ ma kinitx tirrispekkja l-irċevuta tal-VAT maħruġa minnu jew mill-kumpanija tiegħu.
F’dik imsejjħa Operation Panthera, l-Ispettur Xerri beda billi ppreżenta CD u faxxiklu ta’ dokumenti lill-Qorti bħala prova. Waqt li kien qed jixhed saret ukoll minn naħa tal-Prosekuzzjoni power point presentation dwar kif l-allegat frodi sar.
Tenna li numru ta’ klijenti kienu qed jagħmlu nvestiment kapitali u jagħtu x-xogħol lil Martin Farrugia u kienu anke jitolbu refund. Qal li l-Pulizija għamlet diversi spezzjonijiet wara li kienu nfurmati mid-Dipartiment tal-VAT. Minn investigazzjoni ħareġ ukoll li l-akkużat għandu tliet propjetajiet u li kien arrestat f’’waħda minnhom, dik tas-Siġġiewi. Il-propjetajiet l-oħra jinsabu fir-Rabat u l-Mellieħa.
Tenna li saru diversi ‘site inspections’ ta’ fejn sar ix-xogħol u li hu kien involut f’kumpaniji oħra qabel, bdawk reċenti minn fejn allegatament sar il-frodi jkunu MWF u NCCF Construction.
Dwar l-akkużata Henriette Cassar, Xerri qal li hi kienet ġiet arrestata f’Ħaż-Żebbuġ u li dan l-aħħar kienet qed taħdem ma Farrugia bħala Administratiobn Clerk u li hi għandha tliet muturi u karozza Toyota Vitx u 1,200 share fil-kumpanija tiegħu.
Dwar invioces (fatturi) fil-konfront tiegħu, x-xhud qal li kienu juri diskrepanzi kbar fil-valur tagħhom. Fost id-diskrepanzi li semma’ qal li f’ċertu każijiet tħallsu eluf ta’ ewro minn xogħol ta’ miljuni ta’ ewro li saru.
Kien hemm ukoll ċifra ta’ €27,000,000 f’xogħol kważi mhux dikjarat fejn minn sales fejn kien dikjarati biss €281,000. Kien hemm ukoll invoices mill-istess kumpanija total ta’ €4.69 miljun mill-kumpanija tal-akkużat minn fejn ħarġet il fattura.
“Meta qabilna l-VAT ‘declared sales ma l-invoices, id-diskrepanza kienet ta’ €2.81 miljun, pootenzjalment ukoll ta’ €400,00 ta’ VAT iffrodati.” Xerri qal ukoll li l-akkużat kien qal lill-Pulizija li ġieli ħallas u kien jitħallas bi flus kontanti.
Loius Buhagiar kien l-ewwel xhud fil-kumpilazzjoni bħala rappreżentant tal- Jobsplus fejn semma l-istorja tal-impieg tal-akkużat u ta lista’ ta’ persuni li kienu jaħmdu miegħu fil-kumpaniji MWF u NCCF Costruction Limited, b’ta’ l-ewwel ix-xhud qal li ma għandhom l-ebda records dwarhom.
L-Avukat Abigail Caruana Vella qed tmexxi l-prosekuzzjoni f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, flimkien mal-Ispettur tal-Pulizija Joseph Xerri. L-avukati Franco Debono u Francesca Zarb irrappreżentaw lil Henriette Cassar, filwaqt li f’isem Martin Farrugia qed jidhru l-avukati Etienne Borg Ferrante u Dominic Micallef. L-avukati Stefano Filletti , Arthur Azzopardi, Jacob Magri u Rebecca Mercieca qed jirrappreżentaw grupp ta’ allegati vittmi.
//= $special ?>