Għawdex Lokali

Min se jieħu post Christian Zammit?

Mill-Erbgħa, il-Kummissjoni Elettorali se tkun qed tilqa’ n-nomini sabiex issir elezzjoni każwali fix-Xagħra Għawdex. Dan wara li s-Sindku Laburista Christian Zammit irriżenja anke minn kunsillier.

Il-Kummissjoni Elettorali qed tavża li l-kandidati għal din l-elezzjoni jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom bejn l-Erbgħa u l-Ġimgħa.

Jidher li f’Għawdex, din ir-riżenja ħalliet sentiment kbir ta’ rabja fost il-partitarji Laburisti. U fil-lokalità tax-Xagħra hemm diżappunt kbir għall-mod li bih it-tmexxija Laburista imxiet ma’ Christian Zammit.

Il-ġimgħa li għaddiet l-eks Sindku Laburista ħabbar li kien se jirriżenja minn kollox sabiex ma jibqax ta’ xkiel u ma jibqax fis-saqajn; dikjarazzjoni li ħafna interpretawha bħala botta diretta lejn Robert Abela u l-klikka żgħira li għandu madwaru.