Tliet irġiel ġew mixlija b’rabta ma’ ġlieda fir-residenza tagħhom f’Birkirkara li ħalliet raġel bi ġrieħi gravi f’wiċċu u f’idejh. Dampha Tauman u Kah Abdoulie ta’ 24 sena u Musa Bayo ta’ 26 sena, li kollha ġejjin mill-Gambja, tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech mill-Ispetturi Clayton Camilleri u Andrew Agius Bonello.
L-irġiel ġew akkużati li attakkaw u weġġgħu gravi lill-vittma f’residenza f’Birkirkara, b’serq aggravat bi vjolenza, post u ħin, ta’ mowbajl u oġġetti oħra, li nsulentaw u użaw theddid u li saru reċedivi. L-aggressjoni, li ħalliet lill-vittma bi ksur fiż-żewġ idejh u bi ġrieħi f’wiċċu u dahru, huwa maħsub li seħħ wara li nqalgħet tilwima dwar il-prostituzzjoni tat-tieni mara, li hija wkoll it-tfajla ta’ wieħed mill-akkużati.
Il-persuni involuti fil-battibekj huma mifhum li taw lill-Pulizija verżjonijiet differenti ħafna, konfliġġenti, ta’ dak li ġara matul il-lejl tat-30 ta’ April. L-irġiel kollha wieġbu mhux ħatja tal-akkużi. L-Avukat Franco Debono, li deher għal Bayo, talab il-ħelsien mill-arrest.
L-Ispettur Camilleri oġġezzjona, u rrimarka li r-raġel jiffrekwenta l-istess żoni tal-vittma, u esprima dubji dwar jekk Bayo fil-fatt kienx joqgħod fl-indirizz tal-Qawra li pprovda lill-Qorti. Min iħaddem Bayo tela’ fuq il-pedana tax-xhieda biex jagħti garanzija għalih.
“Nista’ niggarantixxi għalih. Huwa affidabbli, iġib ruħu tajjeb, edukat. Biex niċċajta ngħidlu li hu bħax-Xemx, tant kemm huaffidabbli.” Il-Prosekuzzjoni tenniet il-biżgħat tagħha li r-raġel jaħrab jew jipprova jikkorrompi lix-xhieda ċivili, li kienu jaqsmu residenza miegħu.
L-Avukat Mario Caruana, li jirrappreżenta lil Tauman u lil Abdoulie, informa lill-Qorti li mhux se jkun qed jitlob il-ħelsien mill-arrest, peress li ma setgħux jipprovdu indirizz. Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lil Musa, li kien garantit kontra depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €6,500, li mponiet curfew, u ordnatlu jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa. Il-Qorti ordnat li ż-żewġt irġiel l-oħra jinżammu arrestati.
//= $special ?>