Sport Sport Ieħor

Motorsport: Kenneth Camilleri l-aktar veloċi fit-tieni round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb

Il-Ħadd, 30 ta’ April, fil-Girgenti, limiti tas-Siġġiewi, l-Island Car Club organizza t-tieni round tal-Kampjonat Nazzjonali ta’ Malta tal-Hillclimb.

Kenneth Camilleri spiċċa l-aktar veloċi u l-ewwel fost is-sewwieqa kollha, segwit minn Terence Vella u Joseph Caruana. Noel Galea kien l-iktar veloċi fuq karozza li tingrana fuq wara, Gabriel Sammut l-aktar veloċi f’karozza li tingrana fuq quddiem, Jeremy Cassar kien l-aktar veloċi f’karozza li tingrana fuq l-erba roti, Nicky Gauci kien l-aktar sewwieq veloċi taħt il-25 sena, u Susanne Fenech kienet l-aktar sewwieqa mara veloċi.

David Grech kien l-aktar sewwieq veloċi ta’ aktar minn 60 sena, Konrad Abela kien l-aktar veloċi fuq karozza tat-triq, Lucas Pace kien l-aktar veloċi fuq Karozza Klassika, u Calvin Lee Mifsud rebaħ il-Klassi Guest.

L-attività tmexxiet minn Josef Abela bħala Clerk of the Course, William England bħala Race Steward u Joe Formosa bħala Timekeeper.

Il-Kampjonat Nazzjonali ta’ Malta tal-Hillclimb qed jiġi sponsorjat minn, Enemed, MeDirect Bank Malta, England Insurance, u The Point Malta. Ir-round li jmiss huwa skedat għall-Ħadd, 21 ta’ Mejju.