Logħba waħda lbieraħ mill-Premier League Ingliż, logħba ferm importanti bejn żewġ timijiet li qed jissieltu kontra r-relegazzjoni.
Draw ta’ 2-2 fil-King Power Stadium bejn Leicester City u Everton, riżultat li minnu ma gawda ħadd jekk mhux forsi l-avversarji diretti magħhom f’din il-ġlieda, jiġifieri Leeds United u Nottingham Forest.
Everton fetħu l-iskor wara kwarta logħob permezz ta’ Calvert-Lewin, iżda Leicester wettqu rimonta tajba u l-ewwel kisbu d-draw permezz ta’ Soyuncu biex fit-33 minuta Vardy poġġa lil Leicester minn fuq.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima ċans għal Leicester li jkabbru l-iskor iżda Maddison falla penalty.
Fit-tieni taqsima Iwobi salva punt għal Everton b’gowl fl-54 minuta.
Riżultat:
Leicester v Everton 2-2
Illum
21:00 Arsenal v Chelsea
//= $special ?>