Lokali Qorti

Proċeduri biex jiddikjaraw jekk kienx mentalment f’sikktu meta allegatament qatel lil ommu u lil zitu

Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera Kevin Micallef ta’ 47sena li jinsab mixli bil-qtil ta’ ommu u zitu f’Ħal Għargħur f’Lulju 2018 beda għaddej proċeduri fil-Qorti f’dak li jissejjaħ ġurin fejn qed jikkontendi li ma kienx mentalment f’sikktu meta seħħ id-delitt kważi ħames snin ilu

Micallef qed jiffaċċja proċeduri fil-Qorti għall-qtil ta’ ommu Antonia Micallef, anzjana ta’ 71 sena u oħtha anzjana wkoll, Maria Carmela Fenech ta’ 74 sena fir-residenza tagħhom fil-Għargħur. Waqt il-kumpilazzjoni tliet snin ilu l-avukat difensur tiegħu Francois Dalli kien għamel talba biex jieqfu l-proċeduri għax qal li hemm evidenza li l-akkużat kien ilu għal żmien twil ibati minn marda deġenerattiva.

Psikjata li xehed f’April tal-2019 ukoll semma din il-ħsara newroloġika fil-proċeduri li għaddejjin fil-Qorti u għalhekk fid-dawl ta’ din il-kundizzjoni medika, l-akkużat għamel it-talba lill-Qorti biex tiddikjara li hu ma kienx f’sikktu mentalment meta seħħ id-delitt sentejn ilu.

Il-Pulizija kienet marret fuq il-post wara li rċeviet telefonata mingħand is-suspettat innifsu, li qalilhom li kien qatel lil ommu u zija. Li-akkużat kien instab miksi b’titjir ta’ demm, biż-żewġ nisa mejta fil-washroom. Iktar tard Micallef kien spjega kif kien qed iħossu għajjien u jissuspetta li ommu u zija kienu qed ipoġġu sustanzi meta kienu jagħtuh xi ħaġa x’jixrob.

Huwa kien ilmenta wkoll dwar in-natura ta kif ommu kienet tikkontrollah, u qal li hija dejjem tfixklu u tindaħallu kull meta pprova jibda relazzjoni ma’ mara. L-aħħar attakk vjolenti allegatament seħħ meta Micallef sema’ liz-zija fil-washroom tistaqsi lil oħtha, “taħseb li nduna?”

Ir-raġel, hawn ħass li din kienet konferma tas-suspetti tiegħu, u kien qabad sikkina u ta biha lil ommu u lil zitu. Hu kien ippreżenta rikors fejn spjega li kien hemm provi li juru li jbati minn marda. Fid-dawl ta’ din il-kundizzjoni medika, l-imputat kien qed qajjem l-eċċezzjoni tal-ġenn fil-ħin tar-reat, li ressaq dan formalment għall-għarfien tal-qorti biex jidħlu fis-seħħ il-proċeduri relattivi, liema talba kienet milqugħa.

Wara li ntgħażlu l-ġurati l-Ispettur Kurt Zahra, l-investigatur ewlieni tal-każ, xehed dwar kif seħħew l-affarijiet dakinhar tal-omiċidji. Qal li permezz ta’ telefonata tal-akkużat lill-Pulizija huwa qal ‘ma flaħthomx aktar’ għal darba darbtejn u ammetta wkoll li kien qatel lil ommu u lil zitu.

Kompla jgħid li meta marru fuq il-post, li hija f’dar antika b’bitħa fin-nofs u kamra li tagħti għal-bejt li tgħaddi għaliha mill-istess kamra, il-Pulizija bdew ix-xogħol biex jippreservaw ix-xena tar-reat. Il-kamra ta’ fuq il-bejt kienet kollha demm u mal-art kien hemm mara f’għadira demm b’idejha miftuħa. Din il-mara rriżulta li kienet Maria Carmela, iz-zija tal-akkużat.

Ix-xhud kompla jgħid li omm l-akkużat kienet għadha ħajja u meta wasal fuq il-post, ix-xhud qal kienet diġà ttieħdet l-Isptar. Sostna li fil-bitħa kien hemm mejda tonda b’qasrija fuqha u sikkina mċappsa bl-aħmar li jidher li kien demm. Ix-xhud qal li Kevin Micallef kien jemmen li ommu u zitu kienu jitfgħulu xi ħaġa fil-kafè għax kien qed iħossu għajjien. 

Dakinhar, Micallef kien sema’ lil ommu u lil zitu jitkellmu u jgħidu ‘naħseb induna’. Kien hawn li Micallef issuspetta ħażin u qam għalihom, aggredihom u allegatament beda jagħtihom bis-sikkina. Intwera filmat awdjo-viżiv tal-interrogazzjoni li wera lil Micallef jgħid lix-xhud li minn xahar qabel kien qed iħossu l-ħin kollu għajjien. 

Qal li ommu kienet tibgħat messaġġi lit-tfajla tiegħu ta’ dak iż-żmien, li fiha kienet tghid kontrih. Huwa qal li dakinhar qabad is-sikkina u l-ewwel li mar kien għal zitu. Qal waqt l-interogazzjoni li ma jiftakarx kemm-il daqqa ta’ sikkina taha lil ommu jew fejn u kienet ommu li kixfitu li qatilhom qabel m’għalqet għajnejjja għall-aħħar darba.