Żewġ żgħażagħ inġabru mill-Pulizija, b’wieħed minnhom jittieħed l-Isptar għal osservazzjoni filwaqt li uffiċjal tal-Pulizija ġarrab ġrieħi ħfief.
Dan kollu wara li għall-ħabta tal-10 tat-Tnejn filgħaxija seħħ argument bejn grupp żgħażagħ fi stabbiliment tad-divertiment fl-Iklin.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija u kien hawnhekk li mill-ewwel indikazzjonijiet l-argument baqa’ jeskala.
Sorsi fil-post li tkellmu ma’ Net News spjegaw li matul l-argument saħansitra xi vetturi ġarbu wkoll xi ħsarat.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa b’rabta mal-każ.
//= $special ?>