Lokali

Raġel imfittex b’rabta ma’ każ pendenti fil-Qorti

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal raġel b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 14/2023.