Il-leġġenda tat-tennis Serena Williams hija tqila bit-tieni wild tagħha.
Dan ħabbritu waqt l-avveniment tal-Met Gala nhar it-Tnejn. Williams, li rebħet 23 kampjonat tal-Grand Slam singles, waslet fi New York flimkien ma’ żewġha Alexis Ohanian u kkonfermat li issa hawn “tlieta minna”.
L-ewwel wild tal-koppja, Olympia, twieldet f’Ottubrut tal-2017. Aktar qabel Williams kienet diġa’ uriet ix-xewqa tagħha li tiffoka fuq it-tkabbir tal-familja tagħha.
Il-Met Gala hija ġabra ta’ fondi annwali għall-Istitut tal-Kostumi fil-Mużew Metropolitan tal-Arti, ippreseduta mill-editur ta’ Vogue, Anna Wintour.
Fost dawk li attendew dan l-avveniment kien hemm ukoll l-istilla tat-tennis Roger Federer.
//= $special ?>