Manchester City irritornaw fl-ewwel post meta fl-Etihad Stadiunm għelbu lil West Ham 3-0. Kien Nathan Ake li ftit wara l-bidu tat-tieni taqsima għamilhom 1-0. It-tim imexxi min Pep Guardiola rdoppja fis-70 minuta meta kien Erling Haaland li skorja l-35 gowl tiegħu dan l-istaġun fil-Premier League u b’hekk sar l-aktar plejer li qatt skorja gowls fi staġun meta qabeż lil Alan Shearer. Manchester City għamluhom 3-0 fl-84 minuta permezz tas-sostitut Phil Foden.
Liverpool komplew bis-sensiela ta’ riżultati pożittivi meta għelbu lil Fulham 1-0. Il-gowl waħdini f’din il-partita wasl fid-39 minuta permezz ta’ penalty skorja minn Mohamed Salah.
//= $special ?>