Diversi korpi tal-Pulizija fl-aħħar sigħat wettqu l-akbar sensiela ta’ rejds kontra l-mafja ‘Ndrangheta ta’ Kalabrija li qatt saret madwar l-Unjoni Ewropea.
Fil-fatt, inħatfu kwantitajiet kbar ta’ droga, flus kontanti u armi waqt xi 150 rejd fi tmien pajjiżi, b’kelliema għall-Prosekuturi fil-Belġju jsostnu li l-hekk-imsejħa Operazzjoni Ewureka rnexxiet bħala l-akbar azzjoni kontra l-mafja Kalabriża fl-Ewropa.
‘Il fuq minn 1,000 pulizija kienu involuti fir-rejds li saru fil-Ġermanja, bi 3,000 uffiċjal tal-pulizija jkollhom sehem fir-rejds simili li saru fl-Italja, Fir-rejds spiċċaw arrestati ‘il fuq minn 100 Ndrangetisti bil-pajjiżi nvoluti f’din il-kampanja anti-Mafja (minbarra l-Italja u l-Ġermanja) ikunu l-Belġju, Spanja, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja.
Saru wkoll xi 30 arrest fil-Ġermanja u 13-il arrest ieħor fil-Belġju fejn inħatfu l-kunsinni kbar tal-armi u ammonti ta’ flus kontanti waqt aktar minn 20 rejd tal-pulizija.
//= $special ?>