Sport

Fishing Sport: Miguel Grech u Carmelo Quattrocchi jaqbdu aktar minn 6 kilos ħut u jirbħu d-Doubles Match

Kmieni l-Ħadd filgħodu, fil-Qbajjar Għawdex, saret il-KSFA Doubles Match numru 3, bil-kompetituri setgħu jammiraw tlugħ ix-xemx u xena mill-isbaħ.

Is-sajjieda kollha bdew jaqbdu l-ħut bla waqfien iżda Miguel Grech u Carmelo Quattrocchi kienu l-aħjar, b’xi sajd eċċellenti fejn qabdu xejn inqas minn 6.2 Kg ħut u spiċċaw fl-ewwel post.

Huma kienu segwiti minn Fortune Calafato u James Gilson fuq 4.9 Kg u fit-tielet post spiċċaw l-aħwa Rodrick u Josef Coleiro bi 3.3kgs.

Wara l-użin, il-ħut kollu kien rilaxxat lura fil-baħar.

Is-sajda kompetittiva li jmiss se tara l-bidu tal-Float League tal-2023 u se ssir nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju.