L-attivisti ta’ Vuċi għall-Annimali semmew numru ta’ proposti sabiex iħeġġu lil Gvern jagħmel bidla struturali fid-dipartiment tal-Animal Welfare bil-għan li issir riforma li tħares l-interessi tal-annimali kif ukoll fl-istess ħin tagħmel l-investiment meħtieġ f’dan is-settur. Il-”musical chairs” ta’ Diretturi tal-Animal welfare mhuwiex is-soluzzjoni għall-problema kronika li għandu dan id-dipartiment.
Waqt il-programm Vuċi għall-Annimali, Darryl Grima u Althea Galea semmew il-proposta fejn id-dipartiment tal-Animal Welfare jinqasam fi tnejn. L-aspett ‘regolatorju’ jibqa’ f’idejn id-dipartiment “tradizzjonali” governattiv, waqt li jieħu ħsieb il-ħarsien tal-annimali u l-annimali jmorru f’idejn aġenzija mwaqqfa speċifikament għal dan.
Id-dipartiment tal-Animal Welfare m’għandux jopera bħalha santwarju bħal ma qiegħed bħalissa waqt li fl-istess ħin huwa ir-regolatur u għandu d-dmir tal-infurzar. Il-limitazzjoni ta’ spazju u riżorsi umani tad-dipartiment stess, qed joħloq limitazzjonijiet f’każijiet ta’ konfiski, ġbir ta’ annimali mit-toroq u iktar.
Din l-aġenzija għandha tkun qed tieħu ħsieb:
● L-annimali li jkollhom fil-kura tagħhom u għandu jkun hemm post adattat għal kull tip t’annimal li hawn f’Malta għaliex meta jkun hemm abbuż, m’hemmx alternattivi għal kull tip t’annimal
● Kampanji ta tiswija tal-qtates u l-klieb
● B’differenza, l-aġenzja ddaħħal magħha nies li jridu jaħdmu f’dan is-settur, waqt li għandha tagħti taħriġ għall- ħaddiema kollha
● Ikun investiment finanzjarju biex l-aġenzija tkun tista tiffunzjona kif suppost anki f’affarijiet bażiċi bħal vetturi u għodda addattati
● Is-santwarju ta’ Ta’ Qali jinbena u jingħata f’idejn din l-aġenzija
● L-aġenzija tagħmel partnerships ma NGOs biex b’hekk tista żżid b’mod effettiv in-numru ta’ annimali li jistaw jinżammu mhux biss klieb u qtates, imma annimali oħra
Il-Dipartiment għandu jibqa jieħu ħsieb:
● L-ispezzjojnijiet fuq ksur tal-liġijiet jew moħqrija fuq l-annimali
● L-infurzar taċ-ċipep
● Jipprovdi fondi sabiex l-għaqdiet tal-annimali jkunu jistgħu joperaw aħjar,
● Ir-rwol investigattiv u ta’ preskrizzjoni fir-rigward l-aspetti kollha tal-liġi, kif ukoll legislazzjoni li nisperaw eventwalment jseħħu bħal regolamenti tal-breeders, groomers etc
● L-edukazzjoni u kampanji ta’ informazzjoni.
Fl-aħħar nett Vuċi għall-Annimali tirrikmanda li d-dipartiment kif ukoll l-Aġenzija għandhom jkunu Ministeru separat u distint min dak tal-Agrikoltura.
//= $special ?>