Sport

Ifittxu ħajjithom lura permezz tal-isport

Midrubin waqt li kienu qed jiddefendu lil pajjiżhom mill-invażjoni tar-Russja, is-suldati Ukreni qed jiġġieldu battalji personali ġodda waqt li jfittxu li jerġgħu jibnu ħajjithom permezz tal-isport.

Bħaissa għaddejjin l-aħħar premaramenti għal-Logħob Invictus, kompetizzjoni sportiva għal suldati b’diżabilità minn madwar id-dinja li din is-sena se ssir f’Dusseldorf, il-Ġermanja bejn id-9 u s-16 ta’ Settembru.

Dawn il-logħob fost oħrajn jinkludu l-Atletika, il-Weightlifting, il-Basketball u l-Għawm.

Il-veterani tal-gwerra fl-Ukrajna, qed jitħarrġu fil-belt ta’ Lviv, fil-punent tal-pajjiż, qabel l-Invictus Games, kompetizzjoni sportiva internazzjonali mwaqqfa mill-Prinċep Harry fl-2014.