Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina sostna fil-parlament li l-gvern għandu jikkunsidra l-proposta tal-PN dwar it-trasport tal-massa biex jinħolqu dedicated lanes.
Toni Bezzina tkellem dwar l-importanza tad-dixxiplina fit-toroq u qal li waħda mill-ikbar problemi hi n-nuqqas ta’ koordinament fix-xogħlijiet fit-totorq. Hu semma’ l-problemi li issa ilhom erba’ snin fit-toroq fiż-żona tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Toni Bezzina semma’ Triq tas-Sejba u qal li kien hemm mod kif din it-triq ma tingħalaqx għalkollox għaliex wara kollox fi żmien gvern Laburista tranġat tliet darbiet u għalhekk setgħet kienet irranġata sakemm jitlestew toroq altenattivi.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN kien ilu jgħid li s-soluzzjonijiet m’humiex biss li jitwessgħu t-toroq u spjega kif fil-Marsa tneħħew anki l-bus lanes.
Illum fil-Marsa, l-problema tat-traffiku żdiedet, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-problema reali hi n-nuqqas ta’ soluzzjoni għal trasport tal-massa biex b’hekk inqas nies jużaw il-karozzi privati tagħhom.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern kien ikkummissjona rapport li sewa €2 miljuni biex jagħmel metro. Dan ir-rapport kien jiddikjara li l-proġettazzjonijiet u l-istimi fih ma jistgħux ikunu konklussivi. Il-proposta tal-gvern fil-ftt kienet li l-metro kien iktar jixbaħ żvilupp kbir f’diversi lokalitajiet. Minkejja kollox, il-metro kienet se tħalli iktar min-nofs Malta barra.
Dan ir-rapport kien qed jgħid li l-gvern Laburista se jdaħħal taxxi fuq il-parkeġġ bi ħlas ta’ €2 kuljum għall parkeġġ, żieda fil-liċenzji, żieda fil-fuels ta’ 5c fil-litru, żieda ta’ 5% taxxa meta jinxtraw id-djar.
Dan il-proġett kellu problemi kbar minħabba ammont enormi ta’ skart tal-kostruzzjoni kaġun tat-tħaffir taħt l-art li jsid isir u minħabba li l-hubs kienu se jiġu proġetti ta’ żvilupp.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-aħħar programm elettorali, il-PL qal li se jara jekk dan il-metro hux vijabbli. Issa sena wara l-elezzjoni, il-gvern ma qal xejn iktar dwar dan il-metro.
Il-PN kien ippropona alternattiva ta’ dedicated lanes b’nofs l-ispiża li kien qed jagħmel il-gvern; liema sistema kienet se tilħaq ħafna iktar lokalitajiet. Il-proposta tal-PN kienet issir fi żmien ħames snin u kienet tinkudi sistema ċirkolari ta’ sitt linji magħqudin b’disa’ hubs u 47 waqfa. Il-PN kien anki semma’ s-snin li fih kien se jsir dan il-proġett. Il-Gvern Laburista issa jidher li se jdaħħal id-dedicated lanes.
Toni Bezzina qal li minħabba t-traffiku, illum tal-linja qed jeħlu fit-traffiku li żied li l-proposta tal-PN kienet ibbażata fuq trackless tram. Issa, milli jidher, il-Gvern Laburista qed tgħoġbu l-proposta tad-dedicated lanes.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN għamel diversi proposti oħra kienet il-faċilitajiet għal dawk li jużaw ir-roti. Hu żied li kunċett ieħor li jista’ jgħid hu li jsiru applications dwar jekk il-karozzi tal-linja jkollhomx postijiet vojta jew le.
Jeħtieġ li l-frekwenzi tal-karrozzi tal-linji jerġgħu jinħadmu biex ma jkunx hemm ammont ta’ karrozzi tal-linji li jgħaddu wara xulxin mimlija jew vojta.
Toni Bezzina kompla li dwar dan għandu jsir aġġustament u appella biex id-diversi xogħolijiet li jsiru mill-utilities ikunu koorodinati. Proposta oħra hi li jkunu introdotti l-kanali fil-ġnub tat-toroq biex minnhom jgħaddu s-servizzi.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fit-trasport tal-massa, il-gvern jidher li mhu se jiddeċiedi qatt u appella lill-gvern biex jikkunsidra l-proposti tal-PN. Hu qal li l-ammont ta’ Maltin li jużaw it-trasport pubbliku naqas minħabba li t-trasport pubbliku ma jżommx il-ħin u mhux affidabbli minħabba t-traffiku fit-toroq.
//= $special ?>