Internazzjonali

Ir-Renju Unit: Arrest u splużjoni kontrollata qrib Buckingham Palace

LONDON, ENGLAND - MAY 02: Police at the scene outside Buckingham Palace after a man was arrested and a subsequent controlled explosion was carried out on May 2, 2023 in London, England. A man was arrested on suspicion of possession of an offensive weapon and a controlled explosion was carried out outside Buckingham Palace the Metropolitan police have said. (Photo by Belinda Jiao/Getty Images)

Il-Pulizija f’Londra arrestat raġel barra l-Palazz ta’ Buckingham wara li hu waddab xi oġġetti fl-artijiet tal-palazz u li x’aktarx kienu l-iskrataċ ta’ senter.

Għalkemm l-inċident mhux qed ikun trattat bħala wieħed relatat mat-terroriżmu, il-pulizija għalqu l-aċċess għal dik iz-zona partikulari fil-limiti tal-palazz – bir-rucksack li kien qed iġorr l-arrestat ikun suġġett għal splużjoni kontrollata.

Wara sar magħruf li l-pulizija kienet qed iżżomm lir-raġel fuq suspett li kellu ‘arma offensiva’ ( f’dan il-każ sikkina) u fejn ma ħarġux rapporti dwar midruba.

Fl-aħħar sigħat ukoll komplew il-provi għall-programm ta’ festi li se jsiru f’Londra nhar is-Sibt waqt l-inkoronazzjoni tar-Re Karlu t-Tielet tal-Ingilterra.

U fi żvilupp interessanti sar mgħruf li l-gruppi għal kontra l-monarkija se jitħallew jipprotestaw waqt l-Inkoronazzjoni — għalkemm il-Ministru Britanniku responsabbli mis-sigurtà, Tom Tugendhat, għamilha ċara li dawn il-gruppi mhumiex se jitħallew itellfu ‘mill-pjaċir ta’ ħaddieħor’.

Il-gruppi li qed jorganizzaw il-protesti, fil-fatt, irċevew l-ittri li fakkruhom dwar il-bidliet fil-liġijiet li jitrattaw l-inċidenti kontra z-zamma tal-bwon ordni fil-pubbliku – bl-hekk-imsejjaħ Public Order Act jidħol fis-seħħ proprju llum.