Graziella Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea tkellmet fil-parlament dwar l-importanza ta’ sistemi li jnaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku u appellat biex l-għeluq tat-toroq ikun jagħmel sens billi jsiru r-rotot alternattivi. Hi spjegat kif il-permessi li jingħataw għal xogħol ta’ kostruzzjoni joħolqu konġestjoni u għalhekk għandu jkun il-koordinament meħtieġ anki mal-kunsill lokali.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li jrid ikun ikkunsidrat kemm l-ispeed cameras għadhom effettivi u sostniet li l-e scooters qed iġibu problemi fil-mod kif iunu mitluqa fuq il-bankini.
Hi semmiet l-importanza tal-helmets li suppost jilbsu dawk li jsuqu l-e scooters u tkellmet dwar ir-roti, li wkoll iridu josservaw ir-regoli tat-traffiku. F’dan is-settur qed ikun hemm abbużi minn diversi xufiera li ma jsegwux ir-regoli, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li appellat biex il-liġi tgħin biex jitnaqqsu l-imwiet u l-inċidenti mit-toroq Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>