Atletika Sport

Keith Galea fir-raba’ post fit-Trinacria Half Iron-Man

F’Marina di Ragusa, riżultat mill-aqwa mit-tri atleta ta’ Birkirkara St. Joseph Sports Club, Keith Galea. Fit-Trinacria 70.3 Half Iron-Man, Keith Galea temm fir-raba’ post fil-klassifika ġenerali b’ħin globali fuq it-tliet taqsimiet ta’ 4 sigħat 21 minuta u 50 sekonda.

Huwa temm fr-raba’ post fost 149 parteċipant, li minnhom 137 temmew il-kompetizzjoni. Galea temm l-għawma ta’ 1.9 kilometri f’26 minuta u 51 sekonda fejn daħal fit-tielet post, fit-taqsima tac-cikliżmu għamel ir-rotta ta’ 90 kilometru f’sagħtejn 24 minuta u 38 sekonda fejn temm fit-tieni post, filwaqt li fil-ġirja ta’ 21.1 kilometri daħal fit-33 post f’siegħa 30 minuta u 22 sekonda.

Il-kompetizzjoni intrebħet minn Antonio Limoli ta’ Multisport Catania qabel iż-żewġ tri-atleti ta’ Siracusa Triathlon Massimiliano Sardo u Fabio Sirugo.

Dawn ir-riżultati wasslu wkoll lil Keith Galea biex itemm fl-ewwel post minn 23 tri-atleta fil-kategorija tiegħu.