Kif bdiet il-ħobża tal-Malti?
X’hemm speċjali fil-ftira?
X’inhi ix-xawwata?
It-tweġibiet kollha għal dawn il-mistoqsijiet se jingħataw waqt l-ispettaklu ‘Sħuna u Tqarmeċ’ li ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju.
Dan il-kunċert huwa inizjattiva konġunta bejn il-kumpanija Maypole u ‘Kelma Kelma Nota Nota’ bis-sehem ta’ Ray Calleja, Daniel Cauchi u l-Big Band Brothers, u Michael Spagnol.
Permezz tal-mużika u l-letteratura, il-ħobża Maltija ser tkun qed titqigħed fiċ-ċentru ta’ dan l-ispettaklu filwaqt li se tispikka doża ġmielha ta’ ċajt u umoriżmu.
‘Kelma Kelma Nota Nota’ hu proġett li jlaqqa’ flimkien żewġ dinjiet: id-dinja tal-mużika tradizzjonali u kontemporanja bil-Malti u d-dinja tal-lingwa u l-letteratura Maltija. Kif spjega ma’ Net News il-preżentatur popolari Ray Calleja.
Dan il-kunċert għandu għan doppju. Qabel xejn, li jitfakkru kanzunetti, poeżiji, makkjetti u taqbiliet, li wħud minnhom donnhom intesew; iżda se jingħataw il-ħajja fuq il-palk b’arranġamenti u b’laqtiet moderni.
Filwaqt illi t-tieni għan … li jissawru kanzunetti u kitbiet ġodda … f’serata li ddur kollha kemm hi fuq il-ħobż tal-Malti.
//= $special ?>