L-Armata tar-Russja mill-ġdid qed tkun suġġetta għall-kritika enormi wara li investigazzjoni ġurnalistika żvelat li l-bastimenti tal-Kremlin kienu lokalizzati vicin il-pipeline tan-Nord Stream qabel, f’Settembru, seħħew l-isplużjonijiet li ħallew konsegwenzi kbar għall-Ewropa kollha.
Fil-fatt, dawn l-isplużjonijiet kienu waqqfu l-provvista tal-gass lejn l-Ewropa għal żmien twil, u bis-settur tal-enerġija jispiċċa fi kriżi.
Intant, il-provi l-ġodda issa qed jippuntaw mill-ġdid lejn il-qawwiet ta’ Vladimir Putin u allegat ‘pjan maħsub’ mill-Kremlin. Dan meta fl-istess żmien tal-isplużjonijiet kien hemm il-bastimenti Russi jbaħħru fl-istess zona tal-pipeline – b’dan ikun ikkonfermat minn dokumentarju investigattiv li għadu kemm ixxandar.
Id-dokumentarju – prodott mill-ġurnalisti Skandinavi – jixħet dawl fuq kif, f’Settembru, kienu lokalizzati diversi movimenti suspettużi mill-vapuri Russi. Dan qabel (ftit wara) kienu seħħew l-isplużjonijiet fuq in-Nord Stream 1 u n-North Stream 2.
Sadanittant, ir-Russja qed tiċħad kategorikament għall-akkużi, bil-kelliema f’Moska jsostnu li l-Punent qed jivvinta l-qlajjiet biex juri lir-Russi ‘fl-agħar dawl possibbli’.
Fl-aħħar sigħat ukoll kien hemm rapporti dwar splużjoni qrib xi tankijiet tal-fuel li jinsabu fil-limiti tal-Krimea – u bir-ritratti li qed jiċċirkulaw juru l-fjammi tan-nar telgħin mit-tankijiet. Ma jidhirx, iżda, li rriżultaw il-vittmi fl-inċident.
Intant, fil-lejl tat-Tlieta kienu anki rappurtati l-attakki ġodda tal-militar Russu fuq l-ibliet Ukreni ta’ Kiev u Dnipro – bl–awtoritajiet fil-kapitali Ukrena jirrappurtaw li l-maġġoranza tal-attakki spiċċaw newtralizzati.
//= $special ?>