Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fl-Aġġornament tal-parlament li nuqqas ta’ mediċini qed jikkaġunaw problemi gravi ta’ saħħa lil pazjenti li jbatu bid-dijabete u li għandhom problemi fl-għajnejn.
Claudette Buttigieg qalet li l-persuni bid-dibajete qed isibu diffikultajiet għall-glucose continous monitor u appellat lill-gvern biex jieħu passi immedjati dwar dan.
Hi semmiet ukoll il-mediċina tal-għajnejn Eylea u qalet li l-gvern mhux qed jagħti din il-mediċina b’xejn. Il-Ministru tas-Saħħa qed jgħid li hemm mediċini ekwivalenti għal din il-mediċini iżda hemm pazjenti li għandhom bżonn din il-mediċina speċifika. Hi qalet li hawn persuni li qed jitilfu d-dawl ta’ għajnejhom għax mhux jingħataw dan il-qtar tal-għajnejn.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-persuni li jistgħu jużaw l-Eylea u ma jifilħux jixtru din il-mediċina, m’għandhomx alternattiva u qed imorru għand il-Community Cest Fund.
Claudette Buttigieg, li tkellmet dwar ir-riċerka u qalet li f’dan is-settur Malta tinsab fil-qiegħ nett. Għal dan il-gvern, ir-riċerka mhix prijorità, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li staqsiet x’qed jagħmel is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka. Ir-riċerka hi l-ewwel pass biex jinstabu s-soluzzjonijiet.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li fl-Università għaddejja riċerka importanti dwar ir-relazzjoni bejn id-dijabete u d-dimentia iżda l-gvern jidher li mhux konxju tagħha. Kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet mingħajr ir-riċerka? staqsiet id-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>