Futbol Sport

Sam Allardyce jinħatar manager ta’ Leeds United

(Ritratt: EPA)

Leeds United ħatru lil Sam Allardyce bħala kowċ sal-aħħar tal-istaġun wara li l-klabb keċċa lil Javi Gracia wara biss xahrejn u nofs fit-tmexxija.

Allardyce, li ilu bla klabb minn meta telaq minn West Brom f’Mejju 2021, jagħmel ritorn fil-futbol biex jipprova jsalva lil Leeds mir-relegazzjoni mill-Premier League, meta jinsabu r-raba’ mill-aħħar meta fadal biss erba’ logħbiet,

Big Sam, li għandu 68 sena, għandu triq iebsa biex isalva lil-Leeds, fejn fl-aħħar erba’ partiti jaffaċċjaw lil Man. City, Newcastle, West Ham u Tottenham.

Matul il-karriera tiegħu, Allardyce mexxa 500 partita fil-Premier League b’esperjenzi fost oħrajn ma’ Bolton Wanderers, West Ham United u Newcastle United