Internazzjonali

SERBJA: Tifel ta’ 14-il sena joqtol tmien studenti u uffiċjal tas-sigurtà

Tensjoni fil-kapitali Serba Belgrade, wara li dalgħodu seħħ massakru fi skola fejn inqatlu 8 itfal. Dan apparti li sitt studenti oħra sfaw feruti gravi.

Rapporti qed jindikaw li l-aggressur – tifel ta’ 14-il sena – ġie arrestat mill-Pulizija. Bil-każ joħloq kommossjoni sħiħa fost il-ġenituri illi għandhom lil uliedhom jattendu f’din l-iskola.

Fl-isparatura inqatel ukoll uffiċjal tas-sigurtà, filwaqt li għalliem safa ferut gravi.

Rapporti inizjali qed jindikaw li t-tifel uża il-pistola ta’ missieru, u daħal jispara waqt lezzjoni tal-istorja.

L-aggressur ġie identifikat biss bl-inizjali KK.