Lokali

Skiet totali mill-Ministri dwar il-frodi tat-tliet sptarijiet

Skiet totali mill-Ministri ta’ Robert Abela dwar il-frodi li seħħ bil-kuntratt tat-tliet sptarijiet … illi sewa lill-poplu Malti u Ghawdxi xejn anqas minn 400 miljun ewro.

Wara xahrejn mid-deċiżjoni tal-Qorti dwar dan il-kuntratt frawdolenti tat-tliet sptarijiet illi sar bejn il-Gvern u Vitals ….u sussegwentament Steward…. il-Prim Ministru Robert Abela għadu jkaxkar saqajh u ghadu sal-llum jirrezisti li jiftah kawża sabiex il-poplu jieħu lura l-miljuni li nsterqu.

Dwar dan, Net News staqsa lill-Ministri ta’ Robert Abela x’behsiebhom jaghmlu sabiex igibu l-flus lura li nsterqu minn dan id-deal ….. bil-Ministru tat-Turizmu Clayton Bartolo jagħżel li ma jweġibx.

Net News staqsa wkoll lill-Minsitru responsabbli mill-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes li ukoll farfar kollox fuq il-Prim Ministru.

Fis-27 ta’ Frar li ghadda, l-Imħallef Franceso Depasquale iddikjara l-konċessjoni li inghatat lill-Vitals Global Healthcare mill-Gvern bħala nulla … u ddeskriva dan il-ftehim bħala “frodi” minn fuq dahar il-poplu minn naħa tal-kumpanija Steward u l-predeċessur tagħha, Vitals Global Healthcare.

Dan il-kuntratt frawdolenti ħalla dejn finanzjarju, iżda wkoll dejn fis-servizz tas-saħħa ta’ pajjiżna. Dan hekk kif is-sitwazzjoni fl-Isptar Mater Dei kulma jmur qiegħda dejjem tmur lura, u is-settur tas-sahha spicca ghalkuptejh.