Tħabbret il-mewt taċ-champion Olimpika Tori Bowie fl-eta ta’ 32 sena. Bowie kisbet il-midalja tal-fidda fil-100 metru fl-Olimpijadi ta’ Rio meta f’10.83 sekondi temmet wara Elaine Thompson u qabel Shelly Ann Fraser Pryce tal-Ġamajka.
Fl-istess Olimpijadi, hija rebħet il-midalja tad-deheb għall-Istati Uniti fir-relay 4 X 100 metru kif ukoll midalja tal-bronż fil-200 metru.
Wara li fl-2015, fil-Kampjonati tad-dinja f’Beijing rebħet il-midalja tal-bronż, fl-2017 saret champion tad-dinja tal-100 metru fil-Kampjonati f’Londra kif ukoll midalja tad-deheb fir-relay 4 X 100 metru.
Hija bdiet il-karriera fil-long jump fl-2014 sakemm qalbet għall-100 metru.
Fl-2019 fil-Kampjonati tad-Dinja, Bowie rritornat fil-long jump fejn temmet fir-raba’ pożizzjoni.
Bowie nstabet mejta fid-dar tagħha fi Florida u l-kawża tal-mewt tagħha għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>