Sport Sport Ieħor

Boċċi – L-ewwel Diviżjoni: Għaxaq u Żebbuġ fl-ewwel post

Wara r-raba’ ġurnata tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, Għaxaq u Żebbuġ jinsabu fil quċċata wara li Għaxaq barra minn darhom għelbu lit-tim ta’ Żurrieq filwaqt li ż-Żebbuġin ħarġu rebbieħa kontra Birżebbuġa.

Rebħa importanti għal Marsamxett meta għelbu liċ-champions Msida 21-9 biex issa akkwistaw it-tieni rebħa konsekuttiva filwaqt li għall-Misidjani din kienet it-tieni telfa.

Għaxaq komplew għaddejin bil-forma pożittiva wara li barra minn darhom għelbu lil-Żurrieq 21-12 f’partita mill-isbaħ biex baqgħu b’punti massimi.

Żebbuġ ukoll kisbu rebħa tajba barra minn darhom meta għelbu lit-tim ta Birżbbuġa 21-11 u biex flimkien ma’ Għaxaq baqgħu jokkupaw l-ewwel post b’4 punti min daqstant logħbiet.

Buġibba, St. Peters Boċċi Klabb Żabbar u Birgu jinsabu fit-tieni post tal-klassifika bi tliet rebħiet kull wieħed.

St. Peters Boċċi Klabb Żabbar, rebħu barra min darhom kontra t-tim ta’ Lija f’partita kumbatuta u li setgħet imarret kull naħa bil punteġġ finali jkun dak ta’ 21 ma 19, biex it-tim ta’ Lija għadu qed ifittex l-ewwel rebħa ta’ l-istagun.

Buġibba rebħu partita importanti kontra Birkirkara bil punteġġ ta 21-6 barra min darhom.

Birgu wkoll jinsabu fit-tieni post tal-klassifika wara li għelbu lit-tim ta’ Qormi San Bastjan 21-13 b’dawn tal-aħħar ukoll għadhom bla rebħa.