Kmieni l-Ħamis filgħodu instemgħu splużjonijiet qawwija f’diversi reġjuni tal-Ukrajna. Dawn l-isplużjonijiet instemgħu fi Kiev, Zaporizhzhia, u Odessa.
Barra minn hekk, drone laqat raffinerija taż-żejt Russa li rriżultat f’nirien; dan kien wieħed biss minn sensiela ta’ splużjonijiet u attakki bi drones fuq ir-Russja. Fosthom fuq il-Kremlin.
Il-President Ukren Zelensky ċaħad li pajjiżu wettaq dan l-attentat, u għandu jitkellem f’The Hague bħala parti minn żjara mhux mistennija fl-Olanda.
Zelensky mistenni jżur ukoll il-Qorti Kriminali Internazzjonali, li qed tinvestiga l-allegati reati tal-gwerra fir-Russja. Matul iż-żjara tiegħu fl-Olanda, Zelensky mistenni jiddiskuti aktar appoġġ militari mal-Prim Ministru, Mark Rutte, inklużi armi ta’ distanzi twal u air fighters.
//= $special ?>