Lokali

Iċ-chats ta’ Rosianne Cutajar kienu ta’ ‘interess pubbliku’

L-Awtorità tax-Xandir ikkonkludiet li l-kwistjoni taċ-chats li għaddew bejn l-eks Deputat Laburista Rosianne Cutajar u l-Imprenditur Yorgen Fenech kienet ta’ interess pubbliku. Dan minħabba li l-kontenut taċ-chats kellu relevanza għall-aħbarijiet

Il-Partit Nazzjonalista kien ressaq ilment quddiem l-Awtorita tax-Xandar kontra l-PBS peress li fuq l-istazzjon nazzjonali, dakinhar li kienu ppubblikati dawn iċ-chats, ma kien hemm ebda referenza għalihom fl-aħbarijet tat-TVM.

Dawn iċ-chats li jammontaw għal iktar minn 2,000 messaġġ, kienu ippubblikati mill-eks Delegat Laburista Mark Camilleri – chats illi juri r-relazzjoni intima li kien hemm bejn Cutajar u Fenech, u li żvelaw informazzjoni sensittiva li għaddiet bejn dawn iż-żewġ persuni; informazzjoni li tirrigwardja personaġġi għolja fi ħdan il-Gvern tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Chats li tefgħu dawl fuq kemm Yorgen Fenech kien ħaġa waħda ma’ Kastilja… meta dak iż-żmien fit-tmun kien hemm Muscat, u meta Robert Abela kien deputat u konsulent tal-Kabinett.

Għalkemm dan l-ilment li ressaq il-Partit Nazzjonalista ma ntlaqax, l-Awtorita tax-Xandir ikkonfermat li l-aħbar ta’ dawn iċ-chats kienet ta’ relevenza pubblika.

Fiflatt f’messaġġ partikolari Rosianne Cutajar kitbet preċiżament dawn il-kliem… “ħa nidħol konsulenta u ndaħħal paga oħra. Ma jimpurtanix, kulħadd jitħanżer.” B’analisti politiċi jgħidu li dan huwa kliem perfett li jiddeskrivi preċiżament l-għaxar snin ta’ Gvern Laburista.

Dawn iċ-chats wasslu biex Rosianne Cutajar kellha tirriżenja mimm Deputat tal-Partit Laburista minkejja li fil-bidu… il-Prim Ministru Robert Abela kien ħareġ għonqu għaliha.

Cutajar għadha sal-lum iżżomm siġġu fil-Parlament, u qed taffaċja żewġ investigazzjonijiet serji; waħda mill-Awditur Ġenerali u oħra mill-Kummissarju tal-Istandards.