Lokali

AĠĠORNATA: L-AirMalta tesperjenza aktar dewmien u titjiriet ikkanċellati

Jidher li s-sitwazzjoni tal-linja nazzjonali AirMalta, ta’ kuljum, qed tkompli sejra għall-agħar.

L-AirMalta qed terġa tesperjenza aktar dewmien f’titjiriet, hekk kif it-titjira KM 624, minn Malta lejn Linate li kienet mistennija titlaq minn Malta fis-12:40, issa hija skedata li titlaq fis-1:40pm – siegħa tard. Dan diment li ma jkunx hemm aktar dewmien imbassar fil-ħin li ġej.

B’konsegwenza t’hekk, mistenni wkoll li jkun hemm dewmien fit-titjira minn Linate lura lejn Malta li kienet skedata tasal fil-17:20. Għadu mhux magħruf x’hin se tkun mistennija tasal lura din it-titjira hekk kif għadu mniżżel biss l-avviż ‘Delayed‘.

Dan filwaqt li t-titjira KM 612 minn Malta għal Ruma li kienet mistennija titlaq dalgħodu fis-7:30, issa ġiet ukoll ikkanċellata.

Id-dewmien u taħwid ta’ kuljum fit-titjiriet tal-AirMalta qed iħalli ħafna klijenti frustrati hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu kellna konferma li l-linja nazzjonali tal-ajru se tagħlaq il-bibien tagħha sal-aħħar tas-sena.

Intant, kelliema għall-kumpanija qaltilna li t-titjiriet ġew affetwati minħabba bird strike fuq wieħed mill-ajruplani.