Meta ninsabu 24 ġurnata mill-ftuħ tad-19-il Edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, il-Kumitat Olimpiku Malti flimkien mal-Kumitat Organizzattiv ta’ l-aħħar dettalji dwar MALTA2023
Mark Cutajar, bħala Chairman tal-Kumitat Organizattiv, għamel enfażi li l-edizzjoni ta’ Malta se tkun l-aqwa waħda mil- lat organizattiv u fl-istess waqt b’aċċenn għall-atleti tenna li rċevew l-aħjar kondizzjonijiet possibbli.
L-istess atleti Maltin se jkunu alloggjati f’lukanda differenti maqtugħa minn kontinġenti oħra.
B’riferenza għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ, Cutajar ħabbar li se ssir fuq il-Fosos tal-Floriana fejn l-atleti minn 9 pajjiżi se jkunu parti mill-istess Ċerimonja.
Huwa kellu kliem pożittiv għar rwol tad-Direttur tal-isport Charlene Attard u dak li wettqet fl-aħħar xhur .
Julian Pace Bonello, President tal-Kumitat Olimpiku Malti tkellem dwar l-importanza tal-Logħob u l-mod kif il-pajjiżi parteċipanti qed iħarsu lejn Malta.
Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet tħabbar ukoll li fid-9 ta’ Mejju se titħabbar il-lista ufficjali tal-kontinġent Malti.
Il-President tal-KOM ikkonferma li l-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach ser jattendi kif ukoll il-Princep Albert ta’ Monaco u l-Principessa Nora ta’ Liechtenstein.
Sean Muscat General Manager ta’ Urban Valley Resort & Spa ta dettalji dwar il-fatt li l-kumpless se jkun responsabbli biex fih il-kontinġent Malti jkollu l-faċilitajiet kollha possibbli.
Preżenti wkoll il-Ministru responsabbli mill-isport Clifton Grima li enfasizza li kull min huwa fil-kontinġent huwa ambaxxatur tal-isport Malti u huwa konvint li dan il-Logħob se jħalli legat lil pajjiżna.
//= $special ?>