Napoli saru c-champions tal-Italja għall-ewwel darba wara 33 sena bi draw ta’ 1-1 barra minn darhom għand Udinese. Napoli kellhom bżonn punt minn din il-partita biex rebħu l-Iscudetto bi 80 punt, b’distakk ta’ 16-il punt mit-tim fit-tieni post Lazio. Kienu Udinese li marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita, fit-13-il minuta, meta kien Sandi Lovric li b’xutt minn tarf il-kaxxa għeleb għal kollox lil Marco Silvestri għal 1-0. Madanakollu fit-tieni taqsima Napoli ħarġu jfittxu l-gowl u fit-52 minuta skorjaw il-gowl li tagħhom ir-rebħ tal-Kampjonat, bil-gowl jasal minn Victor Osimhen. Intant, ma tmiem il-partita issoktaw ċelebrazzjonijiet kbar fit-toroq ta’ Napoli, fosthom fi Stadio Diego Armando Maradona, fejn inġabru il-partitarji Naplitani li segwew lit-tim tagħhom jirbħu s-Serie A għall-ewwel darba sa mill-1990.
Intant f’partita oħra Empoli għelbu lil Bologna bl-iskor ta’ 3-1, bil-gowls jaslu permezz ta’ awto gowl minn Jhon Lucumi, Jean Akpa u Nicolo Cambiaghi għal Empoli, u Riccardo Orsolnini jiskorja l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Bologna.
//= $special ?>