Sport Sport Ieħor

Parteċipazzjoni rekord fl-Interschools Tournament taċ-Ċess

Din is-sena rajna numru rekord ta’ studenti li pparteċipaw fl-Interschools Tournament taċ-Ċess organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċess f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Olimpiku Malti u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni. It-turnew ġie organizzat l-Erbgħa 26 ta’ April  fis-sala tal-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Injazju ġewwa l-Ħandaq. Rekord ta’ parteċipanti fejn jidħol parteċipazzjoni f’tournaments lokali ġie milħuq permezz tal-parteċipazzjoni ta’ 220 student minn 60 tim tal-iskejjel, b’90 logħba jintlagħbu kollha fl-istess ħin għal kull round. Ċertament dan huwa rekord pożittiv ħafna għax-xena taċ-ċess fl-iskejjel lokali.

It-turnew kien ibbażat fuq sistema rapid team tournament, fejn kull skola kienet rappreżentata minn tim ta’ 3 plejers jilgħabu fuq l-ewwel, it-tieni u t-tielet board. Ir-riżultat totali tal-boards jiddetermina l-match point għal kull tim. Il-ħin kien ta’ 8 minuti u erba’ sekonda miżjuda ma’ kull mossa għal kull plejers. L-organizzar ta’ erba’ Taster Tournaments konsekuttivi servew ta’ preparazzjoni pożittiva għal dan it-turnew fuq skala ferm ikbar, hekk kif l-istudenti kienu diġa’ armati b’esperjenza ta’ kif jitmexxa turnew, bir-regolamenti uffiċjali. Dawn it-tip ta’ tournaments ibbażati iktar fuq kompetizzjoni individwali huma ppjanati li jitkomplew.

L-Interschools tournament kellu jieqaf ħesrem wara r-raba’ round, minħabba limitazzjonijiet ta’ ħin, madankollu, Finali ġie organizzat it-Tnejn 1 t’ Mejju sabiex ġiet deċiża l-iskola rebbieħa. L-ewwel ħames timijiet, De La Salle King’s Army (De La Salle College), St Theresa College Mrieħel Secondary, St Michael Tal u St Michael Magnus (iż-żewġ timijiet mill-iskola St Michael), u n-National Sport School, ikkompetew kontra xulxin f’round Robin tournament, b’kull tim jilgħab kontra kulħadd. St Theresa Mrieħel Secondary kellhom l-aħjar riżultat li wassalhom għat-titlu ta’ Champions għal dan it-turnew. St Michael Tal ikklassifikaw qrib fit-tieni post, filwaqt li De La Salle King’s Army ikklassifikaw fit-tielet post.

Fuq livell individwali, Jacob Solomon Muthamizh Selvan mill-iskola Sekondarja ta’ St Theresa rebaħ it-titlu tal-aqwa reserve plejer b’żewġ rebħiet minn tliet logħbiet. Luke Xerri minn St Michael Tal rebaħ l-aqwa plejer fuq it-tielet board permezz ta’ erba’ rebħiet minn erbgħa. Zente Kosik mill-iskola Sekondarja ta’ St Theresa rebaħ l-aqwa plejer fuq it-tieni board bi tliet punti minn erbgħa, filwaqt li Vince Kosik rebaħ l-aħjar plejer fuq l-ewwel board fejn rebaħ il-logħob tiegħu kollu.

Klassifika Finali:

Rk.Team12345 Pts  TB2  TB3 
1St Theresa College Mrieħel Secondary * 23278,50
2St. Michael Tal1 * 222670
3De La Salle King’s Army01 * 23460
4St. Michael Magnus111 * 2250
5National Sport School101 * 13,50