Is-smigħ tal-libell li l-eks Deputat Laburista Rosianne Cutajar fetħet kontra l-awtur Mark Camilleri ġie pospost minħabba li Cutajar dalgħodu ma setgħetx tattendi għas-seduta.
Rosianne Cutajar kienet fetħet libell kontar Mark Camilleri lura fl-2021 meta fil-ktieb tiegħu kien għamel bosta allegazzjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn Yorgen Fenech u Rosianne Cutajar.
L-Avukat ta’ Cutajar ippreżenta ċertifikat li wera li hija kienet ma tiflaħx.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello aġġornat il-każ għal Ottubru li ġej.
L-Avukati Edward Gatt u Mark Vassallo qed jidhru għal Rosianne Cutajar filwaqt li l-Avukat Joseph Mizzi deher għal Mark Camilleri.
//= $special ?>