Wara sagħtejn ta’ deliberazzjoni il-ġurati ħarġu b’verdett ta’ 8-1, dik li Kevin Micallef mill-Għargħur ma kienx f’sensih meta qatel lil ommu u lil oħtu fit-23 ta’ Lulju tal-2018 fid-dar tagħhom fil-Għargħur stess. L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, li quddiemha nstema’ l-ġurin ordnat li Micallef jinżamm fl-Isptar Monte Carmeli u jingħata l-kura.
Id-difiża fil-kontro-replika li għamlet aktar kmieni l-Ħamis talbet li l-akkużat ta’ qtil doppju jibqa’ miżmum l-isptar Monte Carmeli. Kevin Micallef kien qed jiġi mixli bil-qtil ta’ ommu Antonia Micallef ta’ 71 sena u Maria Carmel Fenech ta’ 74 sena, fid-dar tagħhom fil-Għarghur huwiex psikoloġikament f’sikktu biex jgħaddi ġuri.
L-Avukat Difensur Francois Dalli li qed jiddeffendi lil Micallef qal li kif xehdu l-psikjatri id-deċiżjoni għanda tkun li Micallef mhuwiex f’qagħda li jgħaddi ġuri minħabba l-instabbilità mentali tiegħu. Qal li dak li jrid jintlaħaq hija jekk hemmx ċertezza u mhix probabbilità li jittratta l-ġenn u nnota li minn diversi rapporti ħareġ bħala fatt li l-vittma għandu l-kundizzjoni tal-Huntington u staqsa hux l-akkużat biss ikollu l-istess effetti minħabba l-marda deġenrattiva. Fakkar ukoll li missier u ħu l-akkużat mietu b’din il-marda.
Hekk kif il-ġurin daħal fit-tielet jum tiegħu, l-maġġoranza assoluta tal-psikjatri qalu illi l-akkużat kien qed ibati minn psikożi, bil-Psikjatra Joe Cassar jgħid li meta eżaminaw lill-akkużat sabu li kien qed isofri minn diżordni psikotika. Qal li Micallef baqa’ jemmen li ma kienx hemm alternattivi għal dak li allegatament għamel. Tenna li din hija marda newroloġika li taffettwa n-nervituri kollha u jista’ jkollok kull forma ta’ mard mentali minħabba fiha.
Dr Nigel Camilleri wkoll qal ilbieraħ illi meta seħħ ir-reat l-akkużat kien fi ‘stat ta’ ġenn’. L-Avukat Dalli qal li l-qtil iktar juri kemm Micallef mhux normali, għax kieku kien jitlaq mid-dar, imur f’lukanda jew jitlaq mill-pajjiż. Qal li dak kollu li għamel Micallef ma jagħmilx sens għax lanqas biss pprova jgħatti xturu, filwaqt li kien irrabja mal-pulizija ftit wara r-reat għax ħaseb li dawn ma bdewx jemmnuh li qatel lil ommu u lil zitu.
Tenna li malli Micallef ġie f’sensih u nduna bil-portata tar-reat ma setax jorqod u kien distrubat ħafna. Dan jimplika allura li fil-ħin tar-reat ma kienx f’sensih. Id-difiża qalet lill-ġuratiliu mhumiez se jiddeċiedu Micallef hux ħati jew le, imma jekk fil-kummissjoni tar-reat kienx fi stat ta’ ġenn jew le.
Kompla li l-esperti stess li dehru quddiem il-Qorti semmew il-paranojja u d-delużjoni. F’dak il-ħin meta qalu ‘naħseb induna’ huwa qal li setgħu kienu qed jirreferu għal xi ħaġa oħra. Minkejja dan, fid-dawl tal-effetti tal-marda tiegħu huwa ħaseb li kienu qed jirreferu għall-allegat sustanza li kienu qed jitfgħu fil-kafè.
L-Avukat Dalli kkwota x-xhieda ta’ Dr. Mario Xerri fil-Qorti li huwa tabib forensiku tal-Qorti li nnota wkoll kif qal li ra ċerti sintomi li jindikaw li kien hemm xi ħaġa mhux f’postha. L-Avukat Francois Dalli qal li dan kollu jindika li l-klijent tiegħu kien hemm ġenn meta seħħ ir-reat u allura mhux f’qagħda li jiffaċċja ġuri. Fid-dawl ta’ dan kollu huwa talab li l-akkużat jibqa’ jinżamm fl-Isptar Monte Carmeli.
Wara li temm id-diskors tiegħu l-Avukat Dalli, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera għamlet l-indirizz tagħha lill-ġurati u wara li fehmithom il-proċeduri legali bagħatithom jiddelibraw il-każ, sakemm ħarġu sagħtejn wara b’verdett b’saħħtu li Micallef mhux f’qagħda li jgħaddi ġuri dwar il-qtil doppju.
//= $special ?>