L-Arabja Sawdija se tipprovdi s-sede għall-ewwel taħditiet wiċċ-imb-wiċċ bejn ir-rappreżentanti tal-Armata Sudaniża u l-membri tal-grupp paramilitari li qed jiġġieled għall-poter fis-Sudan.
It-taħditiet se jibdew fis-sigħat li ġejjin wara li krollaw diversi ftehim għall-waqfien mill-ġlied f’Khartoum u bnadi oħra fis-Sudan – bi stqarrija konġunta tal-Istati Uniti u s-Sudan tilqa’ b’sodisfazzjon ‘it-taħditiet ta’ qabel in-negozjati’ li se jsiru f’Jeddah bejn l-Armata Sudaniża u l-Kapijiet tal-grupp paramilitari RSF.
L-Armata tas-Sudan qalet li t-taħditiet se jindirizzaw l-issues umanitarji f’pajjiżha fost rapporti li l-battalji għadhom għaddejjin f’xi distretti ta’ Khartoum.
L-aħħar ġimgħat ta’ ġlied fis-Sudan irriżultaw fil-mijiet tal-mejtin waqt li mal-450,000 spiċċaw jgħixu l-ħajja ta’ refuġjati. Intant, it-taħditiet fl-Arabja Sawdija għandhom jitrattaw speċifikament il-kriżi umanitarja kbira fis-Sudan li kapaċi tħalli impatt katastrofiku anki għall-Istati Afrikani ġirien.
//= $special ?>