Internazzjonali

Ir-Re Charles it-Tielet inkurunat bħala l-Kap tal-Monarkija Brittanika

13:10 Iċ-ċerimonja tal-inkoronazzjoni sollenni ntemmet bir-Re iqum mis-siġġu u jpoġġi fuq it-Tron, fejn radd ġieħ lil missieru, il-Prinċep Philip ( eks Duka ta’ Edinburgh) u lill-membri tal-Kongregazzjoni – li min-naħa  tagħhom ħalfu lealtà assoluta lill-Kap tal-Monarkija.

13:02 Ir-Re Charles it-Tielet ġie inkurunat bħala l-Kap tal-Monarkija Brittanika.

12:55 Ir-Re Charles it-Tielet irċieva r-regalia dovuta bħala l-Kap tal-Monarkija fosthom ix-xettri, ċurkett, u par ingwanti. Dan qabel titpoġġa fuq rasu l-Kuruna ta’ St Edward’s.

12:30 Waqt iċ-ċerimonja, ir-Re Charles kien bilqiegħda għal żmien fis-St Edward’s Chair.

12:15 Filwaqt li ngħata bidu għaċ-ċerimonja, waqt il-ġurament tiegħu, ir-Re Charles it-Tielet assigura li bħala Kap tal-monarkija ser ikun qiegħed hemm sabiex isservi lill-poplu Brittaniku.

11:55 Mad-daqq tal-fanfara u l-kant tal-kor, Il-kopja rjali jidhru dieħlin f’Westminster Abbey. Warajhom isegwu il-Prinċep ta’ Wales William akkumpanjat minn martu il-prinċipessa Catherine Elizabeth Middleton u t-tfal tagħhom Charlotte, Louis u George.

11:45 Mad-daqq tal-muzika u l-qniepen, ir-Re Charles it-Tielet akkumpanjat minn martu Camilla, waslu f’Westminster Abbey.

11:35 F’Westminster Abbey, waslu ukoll diversi membri tal-familja rjali fosthom id-duka ta’ Sussex il-Prinċep Harry akkumpanjat minn martu Megan, il-prinċipessa Beatrice and Eugenie, it-tfal tal-prinċep Andrew, flimkien mal-prinċipessa Anne akkumpanjata minn żewġha Sir Tim Laurence.

11:30 Bħalissa il-corteo għaddej minn rotta prinċipali li twassal minn Buckingham Palace għal Westminster Abbey, fuq karozella lewn id-deheb u li għandha ‘il fuq minn 260 sena.

11:25 Preżenti f’Westminster Abbey għal din iċ-ċelebrazzjoni hemm diversi persuni distinti fosthom il-Prim Ministru tal-Ingilterra Rishi Sunak, akkumpanjat mis-sinjura tiegħu Akshata Murthy, u d-deputat tal-House of Commons Boris Johnson.

11:21 Jakkumpanjaw lir-Re Charles it-Tielet hemm diversi membri tar-reġiment tal-Coldstream Guards u membri tal-household cavalry.

11:20 Ir-Re Charles it-Tielet telaq minn Buckinham Palace u jinsab fi triqtu lejn Westminster Abbey, akkumpanjat mill-mara u l-Queen consort Camilla.

Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, se ssir l-inkurunazzjoni storika tar-Re Charles t-Tielet li uffiċjalment qed jieħu t-tmexxija tal-monarkija wara l-mewt ta’ ommu, ir-Reġina Eliżabetta f’Settembru li għadda – li serviet bħala Kap tal-monarkija għal aktar minn 70 sena.

It-tħejjijiet għal dan il-jum speċjali kienu partikolarment intensivi fl-aħħar sigħat, bir-Re Charles jilqa lil diversi mexxejja u personalitajiet internazzjonali f’Buckingham Palace. Dan wara li Charles u martu Camilla, il-Queen Consort, attendew l-aħħar provi relatati maċ-ċerimonja tal-inkurunazzjoni f’Westminster Abbey; bir-Renju Unit u d-dinja qed jistennew b’ħerqa għall-bidu ta’ paġna ġdida fl-istorja tal-monarkija.

Kmieni dalgħodu, il-folol inġabru bi ħġarhom qrib madwar ir-rotta fiċ-ċentru ta’ Londra minfejn se jgħaddi l-korteo tar-Re Charles. Ma jistax jonqos li t-tħejjijiet għas-sigurtà marbutin ma’ Jum l-Inkurunazzjoni huma kbar u intensivi, b’iktar minn 100 kap ta’ Stat preżenti għal din iċ-ċerimonja, fosthom il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-President ta’ Malta George Vella. Mistennija ukoll protesti minn dawn li jopponi l-monarkija.

Il-President tal-Parlament Ewropew u MEP Maltija Roberta Metsola, flimkien mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, ġew mistiedna bħala rapreżentanti tal-Unjoni Ewropea.

Iċ-ċerimonja tal-Inkurunazzjoni li se titmexxa mill-Arċisqof ta’ Canterbury, għandha tibda fil-11 ta’ filgħodu u se tieħu madwar sagħtejn, u li għalija se jattendu madwar 2,300 mistieden fosthom Prince Harry, id-duka ta’ Sussex li wasal mill-Istati Uniti lbieraħ permess ta’ titjira kummerċjali.

Sadanittant, bħalissa għaddejjijn diversi protesti kontra l-monarkija f’zoni speċifiċi tal-kapitali. Dan meta l-awtoritajiet taw il-permess sabiex id-dimostrazzjonijiet isiru bil-kundizzjoni li l-attivisti ma jgħarrqux iċ-ċelebrazzjonijiet tal-massa qrib Westminster.