Futbol Sport

Man City mistennija jkomplu jiftħu l-vantaġġ f’ras il-klassifika

(Ritratt: EPA)

Manchester City se jkunu qed jittammaw li jkomplu jiftħu l-vantaġġ f’ras il-klassifika fil-konfront tagħhom kontra Leeds United. B’Erling Haaland u Kevin De Bruyne f’forma mill-aqwa rebħa, għal Man City hija imperattiva.

Min-naħa tagħhom Leeds ħatru lill-kowċ ta’ esperjenza Sam Allardyce bit-tama li jsalvaw posthom fil-Premier League, hekk kif fadal biss erba’ partiti. F’partita oħra Liverpool se jaffrontaw lil Bournemouth, bl-iscousers jistgħu jersqu punt taħt Man Utd b’rebħa, b’dawn tal-aħħar iżda jkollhom żewġ partiti inqas.  Fil-Vitality Stadium Bournemouth se jilqgħu f’darhom lil Chelsea li ilhom għall-aħħar sitt partiti mingħajr rebħa, taħt Frank Lampard. Chelsea għadhom ġejjin minn telfa fid-derby ta’ Londra kontra Arsenal, liema telfa ħallithom fit-13-il post tal-klassifika, b’punti ndaqs ma’ Bournemouth.

Illum:

16:00 – Bournemouth vs Chelsea

16:00 – Man. City vs Leeds United

16:00 – Tottenham vs Crystal Palace

16:00 – Wolves vs Aston Villa

18:30 – Liverpool vs Brentford

Għada:

17:30 – Newcsatle vs Arsenal

20:00 – West Ham vs Man. United

It-Tnejn:

16:00 – Fulham vs Leicester City

18:30 – Brighton vs Everton

21:00 – Nott. Forest vs Southampton