Fl-inkurunazzjoni tar-Re Charles it-Tielet tal-Ingilterra spikkaw diversi aspetti li jirrikonoxxu d-diversità tas-soċjetà moderna Britannika u d-diversi fidi tal-komunitajiet rispettivi fir-Renju Unit – anki jekk is-servizz fil-knisja kien ibbażat xorta waħda fuq it-twemmin Kristjan.
Intant, għal din iċ-ċerimonja kien hemm rappreżentanti tal-komunitajiet Musulmani, Lhud, Buddisti u tal-grupp etno-reliġjuż tas-Sikh – waqt li l-Prim Ministru Britanniku, Rishi Sunak, qara silta mill-Bibbja bħala ċittadin Britanniku ta’ nisel Hindu.
L-Asjatiċi u s-suwed ukoll kellhom rwol prominenti f’din iċ-ċerimonja – kemm bħala personalitajiet pubbliċi u anki bħala membri tal-kleru,
Dan waqt li l-Isqfijiet nisa parteċipaw għall-ewwel darba fl-Inkoronazzjoni tul l-elf sena ta’ ċerimonji tipiċi għar-Rejiet u Reġini b’sovranità fuq il-popli tal-Ingilterra, l-iskozja u Wales.
//= $special ?>