Sport Waterpolo

Semifinali Diviżjoni B: Malta ttemm il-grupp fit-tielet post

Stewart Said

MALTA…………………… 15

AFRIKA TA’ ISFEL……. 8

(3-4), (5-3), (5-1), (2-0)

It-tim nazzjonali Malti rnexxielu jtemm Grupp B fit-tielet post b’rebħa kontra l-Afrika ta’ Isfel. Din ir-rebħa tfisser li għada Malta tilgħab il-logħba ta’ klassifikazzjoni kontra t-tim li se jispiċċa t-tielet fi Grupp A.

Il-plejers Maltin kellhom jirkupraw minn żvantaġġ doppju kmieni fil-logħba. Liam Galea wieġeb b’doppjetta iżda l-avversarji reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 4-2. Id-distakk kiber għal 6-3 fit-tieni sessjoni iżda hawn reġgħet waslet ir-risposta tal-Maltin bi tliet gowls konsekuttivi. Cameron Laurenson ħalla lill-Afrika ta’ Isfel minn fuq iżda permezz ta’ Sam Gialanze, it-tim Malti kiseb il-vantaġġ għall-ewwel darba fil-logħba.

Dawn iż-żewġ gowls taw nifs ġdid għat-tielet sessjoni, bit-tim immexxi minn Niki Lanzon jiddomina u saħansitra aċċerta mir-rebħa b’ħames gowls skorjati minn ħames plejers differenti. It-tim Malti kellu l-opportunità biex filwaqt li jżomm il-kontroll tal-logħba jkompli jkabbar id-distakk permezz ta’ Sam Gialanze u Benji Cachia.

Malta: J. Tanti, M. Castillo (1), L. Galea (3), N. Bugelli (1), S. Gialanze (3), B. Cachia (2), B. Plumpton (1), J. Camilleri, J. Abela (1), N. Zammit (2), M. Mifsud, D. Zammit (1), M. Castillo

Afrika ta’ Isfel: L. Madi, C. Roman, N. Wheeler, C. Laurenson (1), T. Howard (1), R. Stone, S. Van Zyl (1), D. Tucker (1), D. Cronje, J. Faber (1), M. Bungane (1), J. Swanepoel (2), G. May

Referees: Mihai Balanescu (Rumanija), Viktor Salnichenko (Każakistan)