Fl-34 ġurnata mis-Serie A jispikkaw żewġ partiti bejn it-timijiet ta’ Milan u t-timijiet tal-kapitali Ruma. F’San Siro Milan se jaffrontaw lil Lazio, fejn filwaqt li Lazio jinsabu fit-tieni post, Milan jinsabu fis-sitt post tal-klassifika, fejn madanakollu kollox għadu miftuħ għall-post fil-UEFA Champions League.
Min-naħa l-oħra fi Stadio Olimpico Roma mmexxija minn Jose Mourinho se jaffrontaw lil Inter, bl-istess żewġ timijiet ukoll jissieltu għall-post fil-UEFA Champions League. It-taqtiegħa għat-timijiet li se jagħmluha għall-Ewropa hija waħda interessanti ferm b’Atalanta u Juventus, flimkien mat-timijiet ta’ Milan u ta’ Ruma, kollha għadhom biċ-ċans li jiksbu post mal-ewwel erbgħa, wara li Napoli rebħu l-kampjonat bid-draw taħghom kontra Udinese.
Illum:
15:00 – Milan vs Lazio
18:00 – Roma vs Inter
20:45 – Cremonese vs Spezia
Għada:
12:30 – Atalanta vs Juventus
15:00 – Torino vs Monza
18:00 – Napoli vs Fiorentina
20:45 – Lecce vs Verona
It-Tnejn:
18:30 – Empoli vs Salernitana
18:30 – Udinese vs Sampdoria
20:45 – Sassuolo vs Bologna
//= $special ?>