Sewwieq ta’ mutur mill-Fgura kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Santa Luċija.
Il-każ seħħ kmieni s-Sibt waranofsinhar fi Vjal Santa Luċija meta għal xi raġuni s-sewwieq ta’ 54 sena tilef il-kontroll tal-mutur bil-konsegwenza li waqa’.
Fil-post ġie imsejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa, il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ.
//= $special ?>