Tony Drago għamilha ghas-semi finali tal-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tas-Seniors, meta fil-kawrti finali għeleb lil Mark Davis 4-3.
Drago fetaħ vantaġġ ta’ 3-0 fejn irnexxielu jagħmel break ta’ 50 fl-ewwel frame u ieħor ta’ 59 fit-tielet frame.
Davis wettaq rimonta mill-aqwa u fil-frame ta’ wara għamel break ta’ 137 li mlieħ bil-kuraġġ u saħansitra rebaħ ukoll iż-żewġ frames ta’ wara bi breaks fejn fis-sitt frame irnexxielu wkoll jagħmel break ta’ 98.
Tony Drago irnexxielu jikkwalifika billi rebaħ il-frame deċiżiv 67-48 biex biex issa fis-semi finali jiltaqa’ kontra Jimmy White wara li dan tal-aħħar elimina lil Adrian Ridley.
//= $special ?>