Tkompli tikber il-pressjoni fuq il-Gvern ta’ Robert Abela dwar in-nuqqas ta’ spażji miftuħa f’pajjiżna.
Dan hekk kif, is-Sibt filgħodu saret konferenza tal-aħbarijiet mill-ADPD The Green Party fil-Gżira, fuq is-sit fejn kien ġie propost li parti minn ġnien jittieħed minn pompa tal-petrol.
Il-kelliema li ndirizzaw din il-konferenza appellaw lill-awtoritajiet sabiex l-ispazji miftuħa li diġa għandna fiz-żoni urbani, nippreservawhom u jekk jista’ jkun inkabbruhom u mhux inċekknuhom.
Huma sahqu li il-ħtieġa ta’ spazji miftuħa mħaddra hija importanti, speċjalment f’żoni urbani li spiċċaw żviluppati b’mod intensiv riżultat ta’ politika li tat prijorità lil dan l-iżvilupp għas-skapitu tal-kwalità tal-ħajja tal-poplu.
//= $special ?>