L-awtoritajiet fil-provinċja Kanadiża ta’ Alberta iddikjaraw stat ta’ emerġenza wara li n-nirien li qabdu qalb l-aħrax infirxu lejn diversi bnadi residenzjali u bir-riżultat li xi 25,000 ruħ abbandunaw id-djar tagħhom.
Filwaqt li f’din iz-zona qabdu aktar minn 100 nirien magħrufin bħala ‘wildfires’, il-Prim Ministru ta’ Alberta, Danielle Smith, irreferiet ukoll għal sitwazzjoni ‘mingħajr l-ebda preċedent.’
Ir-residenti ta’ Edson kienu mwissija biex jitilqu immedjatament mill-belt u meta n-nirien kienu aktar viċin tagħhom. Dan waqt li ħafna mill-‘wildfires’ fil-provinċja ħadu spinta mill-irwiefen u sal-punt fejn saru inkontrollabbli.
Fost l-agħar zoni tan-nirien hemm Drayton Valley, lejn il-punent tal-kapitali provinċjali Edmonton u l-inħawi ta’ Fox Lake fejn inqerdu numru ta’ djar.
//= $special ?>