“Jekk nagħmlu differenza; anke jekk dik id-differenza hija żgħira fil-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi nkunu qed nagħmlu politika tajba.”
Dan sostnietu d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Rebekah Borg waqt id-diskors tagħha fl-attività politika li saret il-Ħadd filgħodu fil-Għargħur.
Rebekah Borg qalet li l-Gvern Laburista qed jidħlu b’intenzjoni ħażina u kaġun t’hekk ħlief korruzzjoni mhux qed jagħmlu. Skandlu wara l-ieħor. Hawnhekk hija qalet li determinata li tkompli bil-ħidma tagħha sabiex ikollna Malta li tixraq lil uliedna, pajjiż li ma jkunx mifni b’skandlu wara l-ieħor.
Hija tkellmet ukoll fuq il-pjaga tal-għoli tal-ħajja fejn hawnhekk saħqet li paga normali m’għadiex isservi sal-aħħar tax-xahar, hija semmiet l-importanza li persuna jkollu l-prodotti bażiċi kif ukoll l-importanza li jifdallek il-ħin xi tqatta mal-familja. Iżda minħabba l-għoli tal-ħajja ħafna nies qed jispiċċaw jaħdmu xogħol part-time jew tnejn flimkien mal-impjieg full-time tagħhom. Rebekah Borg qalet li minn naħa tiegħu l-Gvern Laburista jiġi jiftaħar biċ-ċekkijiet li se jkunu flus minn tagħna stess għaliex Robert Abela rrefera għal dawn iċ-ċekkijiet bħala rifużjoni tat-taxxa. Hija sostniet li ftit aktar minn €100 minn dan iċ-ċekk….flus li lanqas biss kapaċi jservuk ġimgħa.
Għal darba Rebekah Borg insistiet li ż-żgħir mhux qed jieħu dak li ħaqqu filwaqt li tal-qalba li huma parti mill-klikka ta’ Robert Abela qed ikomplu jgawdu.
Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista saħqet fuq l-importanza li l-ispazji ħodor għandhom isiru norma f’pajjiżna u li jkun hawn żvilupp sostenibbli kif ukoll żviluppi bilgħaqal. Hija qalet li preżentament dan l-iżvilupp esaġerat qed iwassal għal qerda kerha f’pajjiżna.
Rebekah Borg tkellmet ukoll fuq it-traġedja li ħasdet il-ħajja taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia meta kkrollat binja f’Kordin fejn hawnhekk hija qalet li qed tinħeba l-informazzjoni u l-Gvern ta’ Robert Abela qed ikompli jkaxkar saqajh sabiex jaħtar inkjesta pubblika. Rebekah Borg qalet li bil-ħidma tagħha se tkompli tippersisti sabiex ikun hemm aktar sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol.
//= $special ?>