Lokali

Issir il-parata annwali tal-Iscouts u l-Girl Guides

Il-Ħadd filgħodu, l-Assoċjazzjoni tal-Iscouts u l-Assoċjazzjoni tal-Girl Guides organizzaw il-parata annwali tagħhom, jew kif inhi tradizzjonalment magħrufa bħala l-parata ta’ Jum San Ġorġ u Jum Santa Giovanna d’Arco.

F’temp mill-isbaħ, numru kbir ta’ scouts u guides, kif ukoll cubscouts u bniet ċkejknin bdew iċ-ċelebrazzjoni għal dan il-jum permezz ta’ quddies li saret fil-Knisja Arcipretali tal-Furjana

Il-parata mbagħad bdiet minn fuq il-Fosos tal-Furjana u wara l-iscouts u l-guides immarcjaw tul Triq ir-Repubblika sakemm waslu quddiem il-Palazz fejn taw is-salut lill-Aġent President ta’ Malta Frank Bezzina. Prezenti jaraw il-parata kien hemm Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra.

Din il-parata kienet ukoll parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qed ifakkru l-100 sena mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni tal- Girl Guides f’pajjiżna.