Wirjiet b’saħħithom mit-triatleti tal-istess klabb, Keith Galea u David Galea.
Krista Kuusijarvi tal-Birkirkara St Joseph Sports Club rebħet it-tellieqa tan-nisa tat-Triathlon Trinacria 113km li saret riċentament f’Marina di Ragusa Sqallija.
Il-mewġ qawwi fl-għawma ta’ 1500m offriet sfida tajba fil-bidu tat-tellieqa filwaqt li il-korsa ta’ 90km tar-rota rat elevazzjoni ta’ aktar minn 1000m, filwaqt li l-korsa tal-ġirja kienet pjuttost ċatta.
Għalkemm ħarġet mill-ilma fis-sitt post, Kuusijarvi mxiet il-quddiem biex kisbet il-vantaġġ fi-taqsima tar-rota ta’ 90km. Hija żammet postha sat-tmiem in-nofs maratona fejn spiċċat it-tellieqa f’ħin ta’ 4 sigħat, 44 minuta, 21 sekonda. Notevolment, l-ewwel mara barra mill-ilma kienet Danica Bonello Spiteri li eventwalment spiċċatfit-tielet post.
Membri oħra tal-Club li rreġistraw wirjiet b’saħħithom kienu Keith Galea, li spiċċa fir-raba’ post. Galea ħareġ mill-għawma fit-tielet post u kompla biex jirreġistra t-tieni l-aħjar ħin tat-taqsima tar-rota tal-ġurnata. Galea temm it-tellieqa kollha f’4 sigħat 21 minuta 50 sekonda biex spiċċa fir-raba’ post.
Intant, il-ħin tat-triatleta veteran David Galea ta’ 4:39:02 rah jieħu r-rebħa fil-Grupp ta’ Età tiegħu. Il-membru tal-klabb Antoine Vassallo spiċċa t-tielet fl-Age Group tiegħu f’ħin ta’ 5:01:27.
B’kollox 41 Malti ħadu sehem fit-tellieqa, b’Josef Bonavia wkoll jirbaħ il-grupp ta’ età tiegħu.
Intant, il-Birkirkara St Joseph Sports Club se jorganizza Olympic Distance Triathlon (1500m għawma, 40km ċiklu, 10km ġirja) nhar il-Ħadd 14 ta’ Mejju fi Triq il-Kosta tas-Salina.
//= $special ?>