“L-għoli tal-ħajja hija pjaga tas-soċjetà kollha li qed taffettwa lil kulħadd u quddiem dan kollu l-Prim Ministru Robert Abela ma jistax jibqa’ sieket.”
Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Ħadd filgħodu indirizza attività politika li saret fil-Għargħur bit-tema ‘Nagħtu s-Saħħa lill-Ħaddiem’.
Huwa tkellem dwar dak kollu li bħalissa qed jolqot lin-nies fil-laħam il-ħaj… fosthom l-għoli tal-ħajja fejn anke prodotti essenzjali qegħdin dejjem jgħolew. Daqqa li qed tolqot fot l-oħrajn lill-anazjani iżda anke lill-familji Maltin u Għawdxin. Semma kif fl-aħħar jiem komplew jgħolew fost l-oħrajn il-ħobż u anke z-zokkor… b’Ministri tal-Gvern lanqas biss jafu kemm qed jgħolew dawn il-prodotti li wieħed juża ta’ kuljum.
Bernard Grech qal li quddiem dan kollu s-sosluzjoni tal-Prim Ministru hija li jibgħat ċekk… pero dan il-ġest ifisser li Robert Abela qata’ qalbu u m’għandu ebda politika biex jindirizza din il-problema li qed tolqot lil kulħadd.
Il-Kap tal-PN qal li minħabba n-nuqqas ta’ pajanar mill-Gvern ta’ Robert Abela, qed jispiċċaw ibatu wkoll il-pazjenti. Qal li flus il-Gvern marru għand dawk li huma korrotti bħalma ġara fid-deal skandaluż ta’ Vitals u Steward…. Flus li qed imorru għand dawk li tħanżru u għadhom jitħanżru.
Bernard Grech qal li pajjiżna spiċċa f’sitwazzjoni fejn għandu Prim Minsitru li moħħu biss fil-flus u li jidher b’saħħtu… u li jipproteġi lil dawk tal-qalba.
Huwa tkellem ukoll dwar dawk il-koppji żgħazagħ li ma jaffordjawx jixtru l-ewwel propjetà tagħhom hekk kif il-prezz qiegħed dejjem jgħola.
Il-Kap tal-PN għamel referenza għal omm Jean Paul Sofia li għadha sal-lum tinsisti li ssir inkjesta pubblika sabiex tinkixef il-verità kollha dwar il-mewt ta’ binha.. xi ħaġa li Robert Abela għadu sal-lum qed jippersisti milli ssir.
Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalsita se jibqa’ jinsisti li jkun hemm setturi ekonomiċi ġodda… ekonomija li taħdem għan-nies u li wieħed isib xogħol u paga li tixraqlu… se jibqa’ jaħdem sabiex il-bniedem verament ikun fiċ-ċentru tal-politika tiegħu.
//= $special ?>