L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi qed jinsisti li jinsab lest biex jirritorna għall-impenji ta’ kuljum wara li ilu xahar l-isptar, taħt kura intensiva, minħabba l-effetti tal-leukaemia.
Il-kundizzjoni ta’ Berlusconi, li għandu 86 sena, stablizzat iżda ma hemm l-ebda ħjiel meta hu jista’ joħroġ mill-isptar. Dan wara li l-gazzetta La Repubblica qalet li l-qraba ta’ Berlusconi u t-tobba waqqfuh milli joħorġ mill-isptar minħabba l-inkwiet li hu seta’ jattendi l-konvenzjoni tal-Partit tiegħu, Forza Italia, f’Milan.
Intant, Silvio Berlusconi – permezz ta’ videolink mill-isptar – irringrazzja lill-membri tal-Forza Italia għall-appoġġ u sostna li ma waqaf qatt jaħdem, anki fl-isptar, fejn ‘kien qed jikkonċentra fuq l-istruttura l-ġdida tal-partit tiegħu’.
Il-Partit Forza Italia twaqqaf minn Berlusconi li għadu Kap sallum – bl-istess partit qed jifforma parti mill-Gvern Taljan ta’ koalizzjoni mmexxi mill-Prim Ministru Giorgia Meloni.
//= $special ?>