Mara ta’ 48 sena residenti n-Naxxar qed tissielet għal ħajjitha wara li għal ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ waranofsinhar kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Prinċipessa Margerita, Ta’ Xbiex.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qed issuq Volkswagen Polo u waqt li kienet qiegħda tirriversja, laqtet Suzuki Alto li kienet ipparkjata, kif ukoll stage tal-linja.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji u li tinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa Kevan Azzopardi ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>